Aħbarijiet Riċenti

Festa sekondarja ta’ San Ġużepp

Għal sena oħra, il-Banda Victory ħadet sehem fil-Festa sekondarja ta’ San Ġużepp, Kon-Patrun tal-Parroċċa tax-Xagħra, li ġiet iċċelebrata nhar il-Hadd 7 ta’ Mejju 2017. Fil-5pm giet iċċelebrata Quddiesa Solenni mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parroċċa bis-sehem tal-orkestra. Fis-6pm, il-Banda Victory bdiet marċ minn quddiem il-Każin tagħha fi Triq Marija Bambina sa Misraħ il-Vitorja…

Jum ix-Xagħra 2017

Itratti meħuda minn Manny Buhagiar Għal sena oħra, il-Banda Victory tax-Xagħra ħadet sehem attiv fl-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fl-okkazjoni ta’ Jum il-Lokalita’. Il-Kunsill għazel il-gurnata tat-28 ta’ April biex fiha jfakkar ‘Jum ix-Xagħra’ u dan peress li kien f’dan il-jum tas-sena 1688 li twaqqfet il-Parrocca tagħna mill-Isqof Davide Cocco Palmeri. Is-serata l-Ġimgħa 28…

Messaġġ għal żmien Għid

Il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Victory jixtieq l-ewwel nett jirringrazzja lill-Polpu kollu tax-Xagħra tal-ġenrożita li wera waqt l-ġabra li saret bejn l-Erbgħa 29 ta’ Mazu u l-Ħadd 2 ta’ April is-somma miġbura kienet ta’ €3123. Grazzi mill-qalb. F’dawn il-jiem il-Kumitat jixtieq jawgura l-GĦID IT-TAJJEB lill-poplu kollu tax-Xagħra. Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ April il-banda Victory ħadet sehem fil-Purċissjoni…

Purċissjoni Duluri

Nhar il-Ġimgħa, 7  ta’ April 2017 – f’6pm, saret il-purċissjoni ta’ Marija Addolorata bis-sehem tal-banda Victory.  F’din il-purċissjoni l-banda Victory daqqet diversi marċi Funebri mir-repirtorju tagħha fosthom ta’ surmastrijiet, barranin, Maltin u anke ta’ Ex-Surmastrijiet li kellha l-banda u tas-surmast attwali Mro Joseph Galea. Il-purċissjoni mxiet matul it-toroq ta’ madwar is-sede tas-Soċjeta Filarmonika Victory. Il-purċissjoni damet…

Wirja annwali Ġimgħa l-Kbira

  Għall-ħames sena konsekuttiva, is-Soċjeta’ Filarmonika Victory Xagħra qed torganizza l-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-wirja tikkonsisti f’replika tal-Golgota b’aktar minn ħmistas-il figurin. Il-figurini huma xogħol tal-artist Nazzareno Gauci ‘id-Disma’. Fil-wirja wieħed għandu jsib ukoll sett ta’ statwetti li jirrappreżentaw diversi stazzjonijiet mill-Via Sagra. Dawn ġejjin mill-kollezzjoni privata ta’ Austin Masini min hawn lil Austin il-kumitat ringrazzja.

Attivitaijiet li Jmiss